Żmien ir-Rumani f’Malta

Array

Want create site? Find Free WordPress Themes and plugins.

L-ewwel kuntatt id-dokumentat tar-Rumani mal-gżejjer Maltin jidher li seħħ fis-sena 255 QK, matul l-Ewwel Gwerra Punika. Il-flotta Rumana kienet fit-triqtha lura minn kampanja militari fl-Afrika meta waqqfu f’Malta, serqu dak li setgħu u taw in-nar lil dak li kien fadal. Għaldaqstant hu ċarissimu li r-Rumani ma kienux għadhom intebħu bl-importanza strateġika tal-gżejjer tagħna.
Dak iż-żmien kienu l-Kartaġiniżi li kienu jaħkmu f’Malta, u dawn esponew li għada jew pitgħada r-Rumani kienu se jerġgħu lura biex jieħdu f’idejhom l-gżejjer tagħna, u għaldaqstant huma ipprepara ruħhom militarment b’tentattiv sabiex jiskansaw invażjoni Rumana. Infatti meta r-Rumani reġgħu ġew fis-sena 218 QK, kien hawn reġiment Kartaġiniż ta’ kważi elfejn suldat, taħt il-kmand ta’ Hamilcar. Iżda apparentement dawn il-preparamenti kollha ma’ servew għal xejn, għax lir-Rumani lanqas biss kien jinħtiġilhom li jitqabbdu meta f’dik is-sena ħadu f’idejhom lill-Malta.

Għalhekk mis-sena 218 QK l’hemm, Malta ġiet magħduda mal-provinċja, li kienet għadha kemm kienet ġiet iffurmata, ta’ Sqallija, u għal ħafna sekli l-Maltin ħaddnu l-istess fidi bħal l-Isqallin ġirien tagħna. Mhuwiex ċar x’sehem kellha Malta fil-gwerer ċivili li ġabu magħhom l-kollass tal-kostituzzjoni Repubblikana ta’ Ruma fis-sena 27 QK. X’aktarx li Malta ma kienx involuta, peress li l-oratur kbir Ċiċerun kien attwalment qed jikkunsidra eżilju volontarja fuq il-gżira tagħna.
Il-ħakkiema Rumani ma bdewx jimponu id-drawwiet tagħhom fuq il-poplu Malti mill-bidu nett. Infatti, mit-traċċi materjali li nstabu, wieħed jista’ josserva li f’dawn l-gżejjer baqgħu jgħożżu l-istil artistiċi Puniċi, u mid-dokumenti uffiċjali wieħed jista’ jintebaħ li l-lingwa Punika baqgħet tiġi mitħaddtha, għalkemm waqfet milli tiġi miktuba, sas-seklu wieħed Wara Kristu ta’ mill-inqas.

F’dak iż-żminijiet iltaqgħu f’Malta tlett kulturi u lingwi differenti. Għalkemm l-Maltin tħallew iżżommu l-kultura Punika, l-amministrazzjoni Rumana daħħlet l-Latin (ta’ l-inqas għal xogħol uffiċjali), kif ukoll l-użanzi kulturali tagħhom. Flimkien ma’ dawn iż-żewġ kulturi tħalltu ukoll il-kultura Griega, li kienet diġà qed tinfirex sewwa fid-dinja Puniku, u bit-tkabbir tal-Imperu Ruman kompliet tissaħħaħ.

Fil-Fra temp, l-okkupazzjoni Rumana ġabet wkoll riformi fil-governanza u fir-reliġjon. Dawn l-iżviluppi huma evidenti mill-muniti tal-flus li kienu jintużaw fil-gżejjer tagħna, fis-sens ta’ kif dawn biddlu x-xbihat u l-lingwi tagħhom, bejn wieħed u ieħor f’dan l-ordni: l-ewwel bdejna bI-ikonografija reliġjuża Eġizzjana, imbagħad komplejna bil-lingwa u I-ikonografija reliġjuża Punika, wara bil-lingwa u ikonografija reliġjuża Griega, u finalment, bil-lingwa Latina u x-xbihat Rumani.

Minn għand il-ħakkiema Rumani l-Maltin ma gawdew minn ebda privileġġi speċjali, u kienu soġġetti għas-sistema stabbilita ta’ tassazzjoni bħal ħaddieħor. Għal xi żmien, il-gżejjer ngħataw id-dritt li jamministraw lilhom infushom, u saħansitra kien konċedut li l-Maltin jtellgħu huma lil min jirrappreżentahom f’Ruma. Madankollu, dan kollu inbidel fis-sena 27 QK, mar-riorganizzazzjoni tal-Imperu Ruman u l-bidu taż-żmien Imperjali, minn Augustus, l-ewwel Imperatur Ruman. B’konsegwenza, bħal bosta bliet Sqallin oħra, Malta u Għawdex tilfu l-awtogovernanza lokali tagħhom, kif ukoll d-dritt li jistampaw il-muniti tal-flus tagħhom huma stess.

Il-Kristjaneżmu wasal Malta fis-sena 60 WK, meta fi triqtu biex jiffaċċja ġuri f’Ruma, San Pawl spiċċa nawfragu f’Malta. Madankollu, kontrarjament għat-twemmin popolari li n-nies tal-post qalbu għar-reliġjon Nisranija, l-evidenza materjali tindika li l-reliġjon uffiċjali mħaddan fuq dawn il-ġiex gżejjer, mill-ewwel seklu sat-tielet seklu Wara Kristu, fil-fatt kien l-paganiżmu Ruman, b’doża qawwija ta’ qima imperjali. S’issa, ma għandna ebda xhieda arkeoloġika li tikkonferma l-prattika tal-Kristjaneżmu f’dan iż-żmien, għalkemm naturalment hu possibbli li xi nies setgħu segwew din ir-reliġjon ġdida klandestinament mingħajr ma ħallew l-iċken traċċa.
Kriżi kbira politika, ekonomika u spiritwali laqtet lill-Imperu Ruman bejn it-tielet u l-erbgħa sekli WK. Dan eventwalment wassal għall-qasma tal-Imperu matul il-renju ta’ Konstatinu l-ewwel, meta s-sedia tal-poter ġiet imċaqalqa għal Biżanzju, u li b’hekk isem din il-belt nbidel għal Kostantinopli, u inħoloq l-Imperu Ruman tal-Lvant, jew kif inhu magħruf ukoll bħala l-imperu Biżantin.

Għalkemm Malta kienet taħt il-ħakma Biżantina għal erba’ sekli, mhux wisq huwa magħruf dwar dan il-perijodu, ħlief li tribujiet Ġermaniċi, bħall-Vandali u l-Ostrogoti, għal xi żmien qasir kienu irnexxilhom jieħdu kontroll ta’ dawn il-gżejjer, sakemm l- Biżantini malajr nedew kontrattakk, u reġgħu ħadu dawn il-gżejjer f’idejhom.

Kien propju waqt ir-renju tal-Imperatur Ġustinjan, fis-sena 535 WK, li l-gżejjer Maltin, flimkien ma’ dik ta’ Sqallija, ġew magħduda fi ħdan l-Imperu Biżantin. Huma baqgħu parti minn dan l-Imperu sakemm ġew mirbuħa fuq mill-Musulmani Għarbin, fis-sena 870 WK.

Did you find apk for android? You can find new Free Android Games and apps.

Privacy Policy

designed and produced by Logix Digital