L-Arti f’Malta – Introduzzjoni

Array

Want create site? Find Free WordPress Themes and plugins.

Għalkemm maqtugħha għaliha, Malta dejjem kellha wirt artistiku għani u varjat, sa mill-bidu nett permezz tad-dekorazzjonijiet fit-tempji Neolitiċi f’ġiegħ il-kult tal-fertilità. Il-fuħħar misjub f’Ghar Dalam huwa l-ewwel tax-xorta tiegħu fl-artijiet tal-Mediterran. L-arti prestorika Maltija tinbet minn tpenġija ta’ annimali fuq ħitan, u tiffjurixxi għall-fjur elaborat fl-altar ta’ Hagar Qim. Tul il-perjodu prestoriku, naraw figurini stilizzati u spirali mnaqqxa li huma sofistikati fid-disinn u rikki fis-simboliżmu.

Bil-wasla ta’ l-Feniċi f’Malta, ix-xogħol tal-artiġjanar ħa bixra differenti b’tinqix delikat fl-avorju u saħansitra sibna statwetta tal-franka ta’ raġel libes it-toga. Biċċiet ta’ ġojjellerija misjuba fl-oqbra li jmorru lura għal madwar 900 QK jinkludu żibeġ, ċrieket, u brazzuletti tad-deheb b’disinji ta’ draguni, siġar u xmux. Mis-seklu sitta QK il-Feniċi f’Malta waqgħu taħt l-influwenza ta’ Kartaġiniżi u l-arti bdiet tieħu sura aktar orjentali fl-istatwi tagħha, u fir-riti tad-dfin bdew jintuzaw is-sarkofogi.

Fil-perjodu Puniku, l-arti f’Malta ġiet influwenzata mill-Griegi, bħall-bqija fl-artijiet tal-Mediterran, u dan jidher fl-iskultura fl-irħam, mil-fuħħar fin u mil-figurini tat-terracotta li nstabu f’tas-Silġ.

L-okkupazzjoni Rumana fil -216 QK għenet biex l-artiġjanar jkompli jiżvillupa permezz ta’ możajk, skultura u pittura. Eżempji ta’ dawn insibuhom fid-Domus Rumana tir-Rabat, fejn l-art hija ddekorata b’disinji kkomplikati ta’ mużajk stilizzat. Statwi fini fl-irħam, inklużi figuri kbar libsin it-toga, kif ukoll statwi ta’ allat Rumani, minn dan il-perjodu, għadhom jezistu sallum.

Bil-firxa tal-Kristjaneżmu f’Malta, l-oqbra Puniċi-Rumani tar-Rabat ġew mkabbra sabiex jakkomodaw ċeremonji tad-dfin Kristjani. L-pitturi u it-tinqix li possibilment jistgħa jmur lura saħansitra sar-raba’ seklu WK f’xi wħud minn dawn katakombi, jindikaw li kulturalment il-gżejjer Maltin ħassewhom eqreb lejn il- Kristjaneżmu Ortodoss, jew Biżantin.

Din il-komunità bit-tradizzjonijiet tagħha sfat meqruda meta Musulmani Tuneżin żbarkaw f’Malta fit-869 WK. Wara kienu ġew abbandunati fis-sekli tal-ħakma Għarbija, partijiet ta’ dawn il-katakombi jidhru li ġew utiliżżati mill-ġdid fi żminijiet medjevali aktar tard. Xi wħud mill-frescos li baqgħaw ippreservati u definit l-aħjar, jmorru lura mill-aħħar tas-seklu tlettax, għallbidu tas-seklu sittax. Flimkien mal-pitturi ta’ mal-ħajt fil-Knisja ta’ Ħal Millieri, dawn l-affrescos juru familjarità ċara mal-istil Gotiku tan-nofsinhar fir-rigward ta’ pittura reliġjuża.

Fl-1530 WK il-gżejjer Maltin ġew mogħtija mir-Re Spanjol lill-Kavallieri Ospitaljeri ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, u dawn baqgħaw imexxu sas-sena 1798. Il-wasla ta’ dawn Kavallieri min kull kantuniera tal-Ewropa ġabgħet magħha bosta influwenzi Ewropej varji, partikolarment Taljani u Fjammingi. Kienu sekli fejn kien hemm appoġġ qawwi għall-arti. L-aktar notevoli fost l-artisti li ġew lejn Malta kien Caravaggio, li pitter “San Ġilormu” u “Qtugh ir-Ras ta’ San Ġwann”, lhiema xogħolijiet jibqgħu kalamita għal min iħobb l-arti. Il-pitturi ta’ mal-ħajt ta’ Mattia Preti wkoll jżidu il-glorja tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, filwaqt li xogħlijiet ta’ Filippo Paladini, Matteo Perez d’Aleccio, Antoine de Favray, Guido Reni, Jusepe de Ribera, Carlo Maratta jinsabu f’diversi knejjes u mużewijiet flimkien ma’ xogħlijiet ta’ artisti Maltin bħal Melchior Gafa, Gio.Nicola Buhagiar u Francesco Zerafa.

Partikolarment importanti fost dawn ix-xogħlijiet huma r-ritratti varji tal-Granmastri u figuri ewlenin oħra ta’ l-Ordni, li jżejjnu il-palazzi tal-Kavallieri kif ukoll knejjes li jappartjenu lill-Ordni. Għażla notevoli ta’ fidda u ċeramika mill-Sacra Infermeria (l-Isptar prinċipali tal-Ordni), kif ukoll eżemplari manifiċi ta’ korazza, ilewnu l-espressjoni artistika Maltija.

Sfortunament wara segwa perjodu ta’ serq u dispersjoni ta’ xogħlijiet artistiċi, matul l-okkupazzjoni Franċiża ta’ Malta li bdiet l-1798, kif ukoll fis-snin bikrija tal-ħakma Ingliża fuq Malta, fejn ħafna xogħlijiet artistiċi intilfu għal dejjem. Il-bidu tal-perjodu Ingliż li segwa l-espulsjoni tal-Franċiżi, kien ddominat prinċipalment minn pitturi barranin bħall Gianni, Charles de Brockdorff u l-familja Schranz. Biss dan inbidel kompletament fis-seklu għoxrin, meta artisti Maltin ta’ talent kbir bħal Antonio Sciortino, Giuseppe Cali kif ukoll l-aħwa Edward u Robert Caruana Dingli, stabbilew standardi ġodda għall-arti Maltija.

L-eċitament tas-snin ta’ wara l-gwerra u l-kisba tal-Indipendenza pproduċiet entużjażmu artistiku ġdid inspirat minn artisti ta’ kalibru bħal Josef Kalleya, Alfred Chircop, George Preca, Anton Inglot, Emvin Cremona, Frank Portelli, Antoine Camilleri (imwieled fl-1922) u Esprit Barthet, li rnexxielhom jiggwidaw lil Malta lil hinn mill-għeruq tradizzjonali tagħha għall-espressjoni artistika aktar moderna.

Sal-ġurnata tallum Malta baqgħet straordinarjament sinjura fit-talent artistiku, b’bosta artisti jesploraw oqsma differenti u diversi, u b’diversi wirjiet artistiċi għaddejjin fl-istess ħin matul is-sena kollha.

Did you find apk for android? You can find new Free Android Games and apps.

Privacy Policy

designed and produced by Logix Digital